Isofri ġrieħi gravi wara li prova jwaqqaf argument

Libjan ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li allegatament qala’ daqqa ta’ tazza tal-ħġieġ ġo rasu fi ġlieda f’Buġibba.
Il-każ seħħ fil-Pjazza fl-10.30pm.
Jidher li r-raġel ipprova jwaqqaf grupp ta’ persuni, x’aktarx barranin milli jagredixxu żewġ persuni oħra li kienu bilqiegħda ħdejh.
Fl-argument weġġa’ ħafif Libjan ieħor ta’ 25 sena residenti l-Gżira.
Ritratt: arkivji