Isofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 45 sena minn Marsaskala ittieħed l-isptar għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.10pm meta r-raġel kien qed isuq il-mutur fil-Bypass tal-Marsa.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħadu lir-raġel għall-kura. Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi.