Isofri ġrieħi gravi wara ġlieda f’San Ġiljan

Raġel ta’ 38 sena minn Raħal Ġdid qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ġlieda ma’ Ingliż li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.
Xi persuni li kienu fuq il-post irrapurtaw lill-pulizija li fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan kien hemm argument bejn żewġ persuni.
Il-ġlieda bdiet għall-ħabta tad-disgħa neqsin għoxrin.
Il-Malti ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, filwaqt li l-Ingliż telaq minn fuq il-post tal-ġlieda.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.