Ismijiet ta’ Isqfijiet akkużati b’abbużi jitneħħew minn-Kulleġġi Kattoliċi

L-Università ta' Scranton se tirtira gradi onorarji lil Isqfijiet akkużati fl-iskdandlu tal-abbużi sesswali

Uffiċjali mill-Universitajiet ta’ Scranton u King’s College f’Pennsylvania, avżaw li binjiet f’dawn iż-żewġ universitajiet imsemmija għall-Isqfijiet akkużati b’abbużi sesswali, se jinbidel isimhom u d-digriet onorarji li kienu ngħatawlhom se jittieħdulhom lura.

Dan il-pass hu  konsegwenza tar-rapport pubblikat ftit ilu ta’ Grand Jury li kixef ruxxmata ta’ abbużi mwettqa minn membri tal-Kleru fl-istat ta’ Pennsylvania fl-aħħar snin. Żewġ skejjel oħra fl-istess stat ukoll qed jikkunsidraw li jibdlu l-ismijiet ta’ swali dedikati lil Isqfijiet li ħbew dawn l-abbużi.

F’Pittsburgh, skola li ġġib l-isem tal-Kardinal Donald Wuerl se jinbidlilha isimha wara li r-rapport akkuża lil dan il-Kardinal li assenja xogħol fid-djoċesi lil saċerdoti li allegatament abbużaw mit-tfal.  Jingħad li l-Kardinal stess talab li ssir din il-bidla fl-isem tal-iskola.

L-Università ta’ Scranton kienet  l-ewwel waħda li rreaġixxiet għar-rapport u ddeċidiet li tnexxi l-ismijiet ta’ tliet Isqfijiet mis-swali taħha. F’ittra lill-akkademiċi u lill-istudenti, il-President tal-Università Ġiżwita, Scott Pilarz, qal li din id-deċiżjoni ttieħdet biex tintwera simatijà u solidarjetà mal-vittmi tal-abbużi sesswali fi Scranton.

Din id-deċiżjoni li trid issir senjalazzjoni ġdida, jitneħħew plakkek u l-mapep tal-campus jerġgħu jkunu stampati. Lil tliet Isqfijiet ta’ Scranton se jittieħdulhom digirieti onorarji li l-Universitàu kienet tathom. Dawn huma l-Isqof Jerome Hannan, l-Isqof James Timlin u l-Isqof Carroll McCormick, it-tlieta akkużati li ħbew dawn l-abbużi. Skont ir-rapport f’dan l-istat aktar minn 1000 persuna taħt l-età kienu abbużati minn madwar 300 qassis.

Jidher li l-istudenti u l-akkademiċi kollha qablu ma’ din id-deċiżjoni: din kienet deċiżjoni tajba li l-iskola ħadet passi mmedjati fuq ir-rapport li għeżżeż id-dija.

“Ma naħsibx li l-università qed turi nuqqas ta’ rispett lejn il-Knisja”, qal Adam Pratt, professur tal-Istorja fl-Università ta’ Scranton. “Li nibdlu l-ismijiet ta’ swali u awli hi parti mill-proċess ta fejqn. Hu tajjeb li bħala komunità nagħrfu dak li seħħ.

Jeff Welsh, storiku ieħor fl-istess università qal, “Se nneħħulhom dak ir-rikonoxximent u minflok nagħarfu nies li verament għamlu ġid lill-Knisja Kattolika. Dan sewwa.  Jien impressjonat li l-Università kienet daqshekk proattiva”.