​Isma’ min-nies – Mizzi lil UE

Il-Membru tal-Parlament Ewropew (MPE) Laburista Marlene Mizzi qalet li "n-nuqqas ta' attenzjoni għall-vuċi taċ-ċittadini Ewropej wassal għal defiċit demokratiku serju fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE).”
Fi stqarrija, Mizzi qalet li ċ-ċittadini għandhom jingħataw informazzjoni prattika u l-għodod għas-soluzzjoni tal-problemi biex b'hekk innaqqsu t-tkabbir tas-sentiment kontra l-UE.
Mizzi kienet qed titkellem waqt il-konferenza annwali ta' din is-sena tal-Network Ewropew tal-Ombudsman.
Fl-intervent tagħha, l-MEP Mizzi ffukat fuq id-dritt għal petizzjoni lill-Parlament Ewropew (PE), kif ċittadin iwassal l-ilment tiegħu lill-Ombudsman Ewropew, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, u s-Single Digital Gateway.
Marlene Mizzi qalet li temmen li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa l-kumitat parlamentari li huwa l-eqreb taċ-ċittadini peress li jagħtihom is-setgħa li jressqu lment dirett lir-rappreżentanti eletti tagħhom fil-PE.