Isma’ l-kanzunetta li se tkanta Destiny fil-Eurovision

Propju llum il-PBS nieda l-kanzunetta li se tkun qed tkanta Destiny fil-Eurovision Song Contest li se jkun qed isir f’Mejju li ġej f’Rotterdam. Il-kanzunetta jisimha “All of My Love”.

Fi stqarrija ġie spjegat li l-kanzunetta hija kitba u produzzjoni ta’ Symphonics. Ir-recordings u l-arranġamenti ta’ din id-diska saru kemm f’Malta, kif ukoll fi Vjenna fl-Awstrija. Il-filmat huwa produzzjoni Maltija u x-xenarju nġibed kollu f’Malta.

Destiny se tkun qed tkompli bil-vjaġġ tagħha biex nhar it-12 ta’ Mejju tagħti l-interpretazzjoni tagħha fir-Rotterdam Ahoy quddiem l-udjenza tas-sala u dik televiżiva. Din is-sena, Malta se tipparteċipa fl-ewwel semifinali.