Island Bunker Oils Ltd tħawwad fid-dikjarazzjonijiet ta’ telf u dħul

Skont rapport fuq gazzetta lokali, kumpanija li kienet tipprovdi ż-żejt lill-bastimenti kienet tħallas biss parti minima mit-taxxa bejn l-2003 u l-2011 u rreġsitrat telf qawwi minkejja li kienet qed tagħmel ħafna qliegħ.

Id-diretturi tal-kumpanija Island Bunker Oils Ltd huma l-eks chairman tal-Enemalta Tancred Tabone, ic-chairman ta’ Cassar Ship Repair Tony Cassar u Francis Portelli , direttur tal-Virtu Ferries. Dawn tressqu l-Qorti flimkien mal-konsulent Frank Sammut, akkużati b’tixħim fix-xiri taż-żejt.

Skont il-ġurnal The Times, Island Bunker Oils Ltd biegħet b’valur ta’ $1.3 biljun f’żejt jew gass, u għamlet profitt ta’ $78 miljun. Minkejja dan, iddikjarat telf ta’ $4.5 miljun u kellha overdrafts u dejn b’eċċess ta’ $36 miljun.

L-istess ġurnal jgħid li wara l-2008, il-kumpnaija ddikjarat telf ta’ $8.9 miljun qabel it-taxxi, u wara profitt ta’ $3.6 miljun fl-2009. Il-kumpanija qatt m’għamlet profitt daqshekk għoli f’sena waħda. Fl-2010, iddikjarat telf ta’ $ 1.2 miljun.