ISIS joqtol żewġ ostaġġi f’idejh

L-Istat Iżlamiku żvela li qatel żewġ ostaġġi oħra li kellu f’idejh – iċ-ċittadin Norveġiż, Ole-Johan Grimsgaard-Ofstad ta’ 48 sena, u dak Ċiniż, Fan Jinghui, ta’ 50 sena.
Għat-tnejn, l-Istat Iżlamiku kien talab rahan biex jinħelsu u xahrejn ilu ħareġ 'b'reklam' biex min irid, seta' 'jixtrilhom il-ħelsien'.
Kienu wissew li kienu se joqtluhom jekk ir-rahan mitlub ma jitħallasx.
Iż-żewġ pajjiżi kkundannaw dak li sejħu “atti barbariċi”.