ISIS jippubblika ritratti tal-bomba li splodiet l-ajruplan Russu

Fl-aħħar ħin, l-Istat Iżlamiku ppubblika ritratt ta’ dik li qed jgħid li kienet il-bomba li splodiet l-ajruplan Russu fuq is-Sinaj ix-xahar li għadda.
Fir-ritratt tidher landa Schweppes, switch u apparat imqabbad b’wires.
Anke r-Russja issa kkonfermat li l-ajruplan iġġarraf minħabba bomba abbord, wara li baqgħet lura minn konferma definittiva għal diversi jiem.