Isiru mad-19-il test ta’ breathalyzer fix-xahar

Bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-aħħar ta’ Ġunju 2020, saru 350 test tan-nifs fuq sewwieqa li kienu suspettati li qegħdin isuqu taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u L-Infurzar ta-Liġi, Bryon Camilleri qal li fl-istess perjodu 57 persuna rrifjutaw li jagħmlu dan it-test. Spjega li kull min irrifjuta li jagħmel it-test ingħata notifika bil-miktub u tressaq il-Qorti.

Il-Ministru Camilleri kien qiegħed iwieġeb fil-Parlament għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Ivan Bartolo.

Persuni li jinqabdu jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol għall-ewwel darba jistgħu jeħlu multa sa €1,800 jew sitt xhur ħabs u l-liċenzja sospiża għal sitt xhur.

Persuni li jinqabdu jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol it-tieni darba jew aktar jistgħu jeħlu sa €3,000 multa jew sena ħabs u l-liċenzja sospiża għal sena.