Isiru l-ewwel ħatriet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Illum wara nofsinhar tħabbru l-ewwel tliet ħatriet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-ewwel ħatra hija dik ta’ Mario Cutajar bħala Segretarju tal-Kabinett u ta’ Segretarju Permanenti Prinċipali, li hu wkoll il-Kap taċ-Ċivil. Fil-perjodu li fih is-Sur Cutajar se jkun ‘designate’, Dr. Godwin Grima se jibqa’ s-Segretarju Permanenti Prinċipali.

Skont stqarrija maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Amministrazzjoni l-ġdida qed tintroduċi struttura ġdida għas-segretarjat tal-Prim Ministru u l-kumplament tal-Kabinett. Is-Segretarjat tal-Prim Ministru se jkun immexxi minn Chief of Staff, kariga li se tittieħed minn Keith Schembri. L-istess Keith Schembri kien ukoll il-persuna inkarigata mill-Kampanja Elettorali tal-Partit Laburista.

Il-Kap tal-Kommunikazzjoni tal-Gvern se jkun Kurt Farrugia. Għall-aħħar snin, Kut Farrugia kien id-Direttur tal-Kommunikazzjoni tal-Partit Laburista.