​Isir it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drifting

Is-Sibt li għadda sar it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drifting f’Ħal Far. 
Bis-saħħa tan-numru dejjem jikber ta’ parteċipanti kien hemm numru ta’ uċuh ġodda fuq il-podju fil-Klassi PRO u fil-Klassi għall-vetturi tat-triq.
Fil-klassi tat-triq kellna s-sewwieqa tat-Team Maximum Lock b’Mark Galea fl-ewwel post segwit minn Clint Abela u Christian Bezzina. 
Fuq il-Podju tal-Klassi Pro Kurt Grima spiċċa fl-ewwel Post segwit minn Kenneth Micallef u Brian Mifsud. 
It-tielet rawnd se jsir fl-20 ta’ Mejju li ġej.