Isir it-tberik taż-żjut imqaddsa f’Ħamis ix-Xirka

Fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta qed issir iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tat-tberik taż-żjut imqaddsa.

Flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona, f’din iċ-ċelebrazzjoni jieħdu sehem saċerdoti djoċesani u reliġjużi.

Is-saċerdoti preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni saċerdotali.

Ritratti: George Pollacco