Isibulu 3.5 kg kannabis fil-bagalja

Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana sab 3.5 kilogrammi tad-droga kannabis fil-bagalja ta’ passiġġier li ġie Malta minn Ruma.

Fi stqarrija, id-Dipartiment qal li s-sejba tad-droga għas-suq lokali saret dalgħodu fl-ajruport ta’ Malta. Qal li kienet qed issir spezzjoni fuq xi passiġġieri meta nstabet id-droga fi tliet basktijiet fil-bagalja ta’ passiġġier min-Niġerja. Skont id-Dwana, il-persuna Niġerjana għandha titressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.