Isibu għexieren ta’ pari t’idejn fi xmara

Chopped-hands-1

Read in English.

Għexieren ta’ pari t’idejn umani nstagħbu fi xmara ffriżata fis-Siberja, qrib iċ-Ċina. Instagħbu total ta’ 54 id magħluqa f’borża, minbarra id waħda.

L-idejn instagħbu minn persuna tal-lokal, f’żona popolari għas-sajd. Imma r-residenti stqarrew li ħadd qatt ma ra xejn suspettuż qabel fl-istess żona.

Din is-sejba hija misteru sħiħ, ħadd għadu ma jaf ta’ min huma dawn l-idejn, meta nqatgħu u għalfejn.

Xi marki tas-swaba instagħbu fuq id waħda u l-bqija tal-idejn qed jiġu ċċekjati. Intant qed joħorġu diversi teoriji dwar dan il-misteru. Waħda mit-teoriji tgħid li jista’ jkun li dawn l-idejn inqatgħu biex il-vittmi jkunu kkastigati.