Isibu post ieħor għal struttura minn żmien il-gwerra

Il-Fondazzjoni Wirt Artna laqgħet il-bidla li saret fis-Salini, dik li jsibu post ġdid għall-parti minn struttura li tmur lura għal żmien il-gwerra.
Minflok li tkissret biex jitkompla l-proġett ta’ twessiegħ tat-triq, l-istruttura ġiet salvata billi nbniet ukoll il-parti ta’ quddiem, skont l-għamla oriġinali tagħha.
L-istruttura nbniet fis-sena 1939 mill-militari Ingliżi bħala parti mis-sistema tad-difiża.
Dan huwa t-tielet proġett li l-Fondazzjoni ħadet ħsieb, bl-oħrajn kienu f’Wied il-Għajnu u f’Tal Qroqq.
Il-Fondazzjoni Wirt Artna offriet l-għajnuna tagħha lill-awtoritajiet ikkonċernati, biex b’hekk tkun qed tikkontribwixxi biex jitħarsu fortifikazzjonijiet li jmorru lura għat-Tieni Gwerra Dinjija.