Isibu kokaina u kannabis lesti għat-traffikar f’Wied il-Għajn

Wara tfittxija mill-pulizija tar-Rapid Intervention Unit fil-lejl li għadda waqqfu vettura f’Wied il-Għajn u sabu affarijiet li setgħu kienu illegali.

Fi tfittxija li saret mill-pulizija fuq raġel ta’ 40 sena residenti l-Marsa, fl-affarjiet personali tiegħu, insabu 70 gramma suspettata ħaxixa tal-kannabis, borża b’diversi qratas suspettata droga kokaina u sustanza oħra suspettata raża tal-kannabis. Dawn is-sustanzi kienu lesti biex jiġu ttraffikati.

Bil-każ ġiet infurmatha l-Maġistrat tal-Għassa Dr S Grech li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni mill-pulizija tad-distrett u mill-iskwadra kontra d-droga għada għaddejja filwaqt li l-persuna arrestata hija mistennija li titressaq il-Qorti għada.