Isibu katavru ta’ tifel f’rota ta’ ajruplan

Katavru ta’ tifel instab f’rota ta' ajruplan militari Amerikan li kien għadu kif wasal il-Ġermanja mill-Istati Uniti. 
Mhux ċar jekk l-adoloxxenti ppruvax jitla' fuq l-ajruplan jew inkella minħabba raġunijiet oħra.
Il-membri tal-ekwipaġġ sabu l-katavru tat-tifel, waqt li kienu qed jagħmlu t-testijiet fuq l-ajruplan li normalment isiru wara titjiriet twal. Rapporti qalu kif il-miżuri tas-sigurtà fl-ajruporti differenti mhumiex l-istess. L-awtoritajiet konċernati qed jinvestigaw il-każ. 
L-ajruplan kien għamel numru ta’ żjariet lejn il-Mali fuq missjonijiet regolari.