Il-Pulizija fl-Iskozja sabu katavru waqt li kienu qed ifittxu tfajla rrappurtata nieqsa.
Il-familja ta’ Hannah Mackenzie ta’ 17-il sena ġew infurmati b’dan, minkejja li l-katavru għadu ma ġiex identifikat. L-aħħar li dehret it-tfajla kien bħal-lum ġimgħa fl-4pm quddiem l-iskola li tattendi f’Stornoway. Dan kien l-ewwel jum tal-iskola fil-Western Isles wara l-btajjel tas-sajf.
Il-Pulizija qalu li l-indikazzjonijiet juru li kienet fi triqitha lejn l-Isptar tal-Western Isles.