L-għaqda Żibel li hija magħrufa għat-tindif tal-bajjiet Maltin spjegat li l-voluntiera tagħha ltaqgħu ma’ igwana ħamra tgħum fil-bajja ta’ Paradise Bay.
Permezz ta’ post fuq Facebook, l-għaqda spjegat li minbarra t-tneħħija ta’ ħmieġ u plastic mill-qiegħ tal-baħar, iltaqgħu ma’ diversi kreaturi. Huma ltaqgħu ma’ sallura, ċipullazza u igwana ħamra.
L-igwana jidher li kienet deidrata u anke mweġġgħa. Il-voluntiera rnexxielhom isalvawha u jgħadduha lill-Malta Herpetological Society biex tkun ikkurata.