Isibu basket mimli pilloli fil-Qawra

medicine list

Grupp ta’ 20 voluntier li marru jnaddfu Triq J Quintinues fil-Qawra ltaqgħu ma’ borża tal-iskart mimlija pilloli.
F’messaġġ li ħalliet l-ambjentalista Cami Appelgren minn Malta Clean Ups, fuq Facebook, spjegat kif waqt li hi flimkien mal-voluntiera kienu qed inaddfu t-triq partikolari ltaqgħu mal-basket li kien fih total ta’ 2,200 pillola, b’bosta minnhom skaduti.
Sostniet li din ma kelliex tkun sejba li wieħed jagħmel f’żona urbana.
Filwaqt li sostniet l-importanza li wieħed iżomm l-ambjent ta’ madwaru nadif, spjegat li meta wieħed ikun jixtieq jarmi xi tip ta’ mediċina, għandu jagħmel dan b’mod xieraq fis-siti b’kumditajiet ċiviċi.
Il-basket kien jinkludi dawn il-mediċini:

Il-Wasteserv kienet għamlet talba sabiex kull min ikun irid jarmi seringi, mediċini skaduti u oġġetti oħra relatati mal-mediċini jista’ jagħmel dan fis-siti tagħha, billi jpoġġi l-mediċina ġo kontenitur li jista’ jinġabar mill-Wasteserv stess.