Isibu 667 siringa użata fil-Furjana

Il-grupp Malta Clean Up ġabru 667 siringa f’jum wieħed waqt attività ta’ tindif fil-foss tal-Furjana.
Voluntiera fil-grupp baqgħu xxukkjati bl-ammont ta’ siringi li ġabru, li fi kliemhom kienet l-agħar waħda fl-aħħar 10 snin.
Esprimew id-diżappunt tagħhom li dawn il-postijiet jibqgħu ma jitnaddfux, bil-konsegwenza li ssir aktar faċli għal attività kriminali li tiżviluppa fi problema soċjali.
L-għada, l-istess grupp inzerta l-Birgu u minħabba li ma kienx mgħammar b’ingwanti jew kaxxa, bagħtu ritratt lil Kunsill Lokali li wara tmien minuti weġibhom li se jieħu azzjoni.
Il-grupp jappella biex min jilmaħ siringi mormija, jikkuntattja mill-ewwel lilhom jew lill-Kunsill Lokali rispettiv.
#gettrashedmalta #maltacleanup
Ara l-filmat hawn taħt: