Isibu 31kg Kannabis f’qiegħ falz ta’ vettura

Read in English.

Żewġ Rumeni ġew arrestati l-lejl li għadda wara li l-pulizija sabu li kellhom 31kg Kannabis fil-vettura li saqu minn Pozzallo fi Sqallija, għal Malta.

Iż-żewġ irġiel li għandhom 21 u 18-il sena huma aħwa. Id-droga nstabet f’qiegħ falz tal-vettura li kienu qed isuqu.

Il-pulizija mistennija tressaq lill-irġiel quddiem il-qorti nhar il-Ġimgħa.