Isib xagħra fl-ikel u jispiċċa l-Qorti

Raġel ta’ 45 sena ngħata sentenza sospiża wara li ħoloq paniku waqt titjira lejn Malta, minħabba li sab xagħra fl-ikel. Fil-Qorti nstema’ li l-passiġġier kien taħt l-influwenza tal-alkoħol u injora diversi twissijiet biex jieqaf jixrob mill-membri tal-ekwipaġġ.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud huwa ġie akkużat ukoll li uża lingwaġġ abbużiv u ton sarkastiku mal-membri tal-ekwipaġġ però qatt ma kien vjolenti. Dr Mifsud indirizza lill-akkużat li dawn l-argumenti setgħu ġew indirizzati b’mod kalm u mhux taħt l-influwenza tal-alkoħol.

L-imputat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bl-avukat difensur jgħid li l-akkużat jiddispjaċih għal dak li ġara.

Il-Maġistrat ikkundannah tliet xhur ħabs sospiżi għal sena.