Isib tarbija tat-twelid fit-triq f’Londra

Il-Pulizija fl-Ingilterra ppubblikat ritratti ta’ tarbija tat-twelid li nstabet fit-triq fil-Lvant ta’ Londra.

It-tifel instab imgeżwer f’kutra bajda tas-suf f’Sandringham Road f’Hackney ilbieraħ. Hu kien ilu li twieled biss 12-il siegħa.

It-tifel ittieħed fi sptar immedjatament. Aktar tard ħareġ li twieled f’saħħtu. L-istaff tal-Isptar semmew lit-tifel Edward, wara r-raġel li sabu fit-triq. Il-Pulizija qed taħseb li t-tifel twieled barra minn sptar u qed tittama li tinstab l-omm.