Klijent tal-ħanut tal-ħwejjeġ magħruf Primark sab dik li qed tingħad hija biċċa għadma umana f’par kalzetti fi Primark.
Skont il-BBC, il-Pulizija f’Essex spjegaw li dan il-każ li seħħ f’ħanut f’Colchester ma jidhirx li huwa riżultat ta’ trawma reċenti u ma kienx hemm partiċelli jew ġilda mad-dawra tal-għada. Spjegaw li qed jaħdmu mal-ħanut li kien qed jitkellem ukoll mal-fornituri tiegħu.
Intant, Primark ħarġet apoloġija dwar il-każ filwaqt li spjegat li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ inċidenti fil-fabbrika. L-iskoperta kienet ġiet irrappurtata lill-Pulizija fit-2 ta’ Jannar.
Kelliem għal-Pulizija qal li mingħajr aktar testijiet, l-uffiċċjali ma jistawx ikunu ċerti minn fejn ġiet din l-għadma u kemm għandha żmien.