Isib bir taħt l-art ta’ dar li xtara… imma ried iktar!

Koppja li xtraw dar fit-tmeninijiet skoprew li f’waħda mill-kmamar, parti mill-art kienet tinżel ftit l-isfel. Ir-raġel għelbitu l-kurżita u ddeċieda li jħaffer u skopra li hemm bir taħt l-art.

Ir-raġel stenna li jirtira mix-xogħol li kellu qabel ma reġa’ ddeċieda li jkompli jħaffer sa ma wasal niżel ftit aktar minn 5 metri ‘l isfel.

Huwa qal li dejjem xtaq ikompli jħaffer biex forsi jsib id-deheb. Iżda minflok, jidher li din il-ħofra kienet xi bir.

Issa għandu biss xewqa waħda, li jsib xi ħaġa fl-aħħar biċċa li jonqsu jħaffer biex ikun jista’ jara ta’ liema sena hu l-bir.