Iservu lobster fil-McDonalds

Fl-aktar restorant lussuż tal-McDonalds, wieħed jista’ jduq burger magħmula mil-laħam tal-lobster. 
Ir-restorant jinsab f’Maine, fl-Istati Uniti u min imur hemm jista’ jiekol fil-kamra tal-ikel formali, fuq imwejjed u siġġijiet tal-injam u jiekol il-famuża burger tal-lobster.
Minn barra, ir-restorant jidher aktar qisu dar lussuża milli l-post minn fejn wieħed jista’ jixtri Big Mac.
Meta l-McDonalds xtraw din id-dar storika sabiex jibdluha f’restorant, in-nies li joqgħodu fil-madwar ma kienux kuntenti bil-fatt li dar antika kienet se tiġi mibdula f’restorant tal-McDonalds.
Għalhekk, is-sidien iddeċidew li jżommu l-karatteristiċi tad-dar u jinkorporawhom fl-istil tar-restorant tagħhom.

An archive photo of the world's poshet Maccy D's