Isemma’ leħen il-bdiewa ma’ tal-konsumatur dwar il-pestiċidi

Il-persuna nkarigata bil-kitba tad-diskorsi tal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, Dr Peter Agius, qal li l-bdiewa Maltin u dilettanti oħra qajmu diversi punti dwar il-biedja f’Malta fuq il-midja soċjali. Huwa kiteb ittra lill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) bil-punti prinċipali.

F’ittra li bagħat lill-MCCAA biex jistaqsi jekk hux qed tiġi indirizzata s-sitwazzjoni dwar il-livelli ta’ pestiċidi fil-prodotti Maltin Dr Agius qal li jidher li hemm konfużjoni bejn prodott ta’ oriġini lokali u ieħor ta’ oriġini  barranija li jinsab fuq is-suq lokali. Agius qal ukoll li xi bdiewa għandhom diffikultà biex jittestjaw il-prodotti tagħhom minħabba nuqas ta’ faċilitajiet.

“Huwa minnu li riżorsi allokati għal dan il-għan qatt ma ġew armati u funzjonali?” staqsa Agius. Żied jgħid li jekk it-testjar ikun aktar faċli il-bidwi jkun jista’ jilqa’ għas-sitwazzjoni qabel ma tasal fi stadju prekarju.

Agius kiteb li l-bdiewa ilment dwar in-nuqqas ta’ gwida minn dipartimenti konċernati biex jaħdmu għal sitwazzjoni fejn l-użu eċċessiv tal-pestiċidi jiġi prevenut u mhux biss skopert u kkastigat.

Agius semma wkoll li l-bdiewa qalu li hemm “żieda straordinarja” ta’ mard u nsetti fir-raba b’konsegwenza tal-importazzjoni barranija. Xi bdiewa qalu li qed ibexxu tliet darbiet fejn qabel kienu jbixxu darba. Agius jistaqsi jekk għandux isir aktar monitoraġġ.

Fuq Facebook, Dr Agius talab lill-Gvern Malti biex jinvesti fl-edukazzjoni tal-bdiewa.

#tajjebghaxMalti calling on @maltagov to invest in #farmereducation #reducepesticides spot the few #rottenapples for the…

Posted by Peter Agius on Tuesday, July 31, 2018