Isem it-terroristi tal-attakki ta’ Pariġi identifikati fl-2013 bħala wisq radikali

Fil-Belġju, it-tensjoni għadha sostanzjali hekk kif kompliet it-tfittxija għal Salah Abdeslam u għal Mohamed Abrini.
Ħu Salah, Mohammed, reġa’ għamel appell lil ħuh biex jagħti ruħu b’idejh lill-awtoritajiet, waqt li ħareġ li isem Abdeslam, Abrini u l-aħwa Abaaoud kienu identifikati fl-2013 mill-awtoritajiet Belġjani, fost lista ta’ 85 ruħ, bħala persuni wisq radikali.
Fi Brussell ukoll, illum, il-moskea prinċipali kellha tiġi evakwata wara li nstabu envelopes bi trab abjad fin, u saru l-kontrolli għall-anthrax