​Isellmu lil Daphne f’għeluq it-3 xhur minn mewtha

Nhar it-Tlieta 16 ta’ Jannar se jiġi organizzat mument ta’ riflessjoni u tqegħid dwar il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia u l-implikazzjoni tal-qtil tagħha.
Il-blogger Manuel Delia qed jorganizza din l-attività li qed issir tliet xhur wara l-qtil brutali tal-ġurnalista. Huwa qal li s’issa ħadd ma jaf min ordna l-qtil tagħha u l-ġustizzja għadha ma saritx.
Huwa qal li fis-18:00 se jinġabar quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta. Huwa qed jintuża biex jitpoġġew fjuri, xemgħat, u messaġġi dwar Daphne Caruana Galizia.
Skont Delia, dan il-post f’din it-triq huwa sinifikanti peress li jfakkar lil dawk li jaħdmu fil-Qorti dwar ix-xogħol importanti li għad irid isir.
Il-pubbliku huwa mistieden jattendi. Aktar dettalji jinkisbu minn hawn.