Isejħu lill-Pulizija għax il-ġar jibda jwerżaq…U xi jsibu?

Fin-Norveġja, residenti fi blokk ta’ appartamenti, ċemplu lill-pulizija wara li semgħu għajjat kbir ġej minn wieħed mill-appartamenti.
Meta waslu fuq il-post, il-pulizija ħabbtu l-bieb, u daħħlu fil-kamra minn fejn ħasbu li kien ġej l-istorbju.
Iżda kull ma sabu kien raġel quddiem il-kompjuter, li bil-kalma kollha spjegalhom li kien qed jilgħab iċ-ċess u kien frustrat li tilef kemm-il darba.
Waqt li ppruvaw iżommu milli jidħku, il-pulizija fakkruh biex joqgħod attent u ma jagħmilx storbju.