Iseħħ dak li t-Tribù ta’ Agii qatt ma basar

Dalgħodu fl-10.15am fuq TVM se jixxanndru żewġ puntati oħra mis-sensiela Il-Misteru tan-Nannu Ton. Illum imiss id-disa’ u l-għaxar episodju.

Fid-disa’ puntata naraw kif f’Agii Brimbu jgħid lin-nies tiegħu b’dak li għadda minnu t-tribù, filwaqt li jsemmi kemm huwa importanti għalihom il-Ktieb tal-Misteri.

Min-naha l-oħra Nusu jaf li l-ktieb qiegħed għand Xewka. Forsi qed jgħid hekk biss biex ibeżżagħha?

Ir-ritwal jeħtieġ li jsir u għalhekk issa jmiss lin-nannu! Imma waqt li jibda dan ir-ritwal iseħħ dak li t-Tribù ta’ Agii qatt ma basar.

U għaliex Warda tixtieq tant li l-ktieb tal-misteri jinstab? Mela x’hemm daqshekk importanti f’dan il-ktieb? Min-naħa l-oħra Mark u Sharon jippruvaw minn kollox li jmorru mill-ġdid f’Agii imma l-problemi għalihom dejjem jiżdiedu. X’hemm lest għal Nusu?

Fl-għaxar episodju naraw għaliex in-nannu jsir importanti għal kulhadd. Warda tridu jibqa’ fid-dinja tagħhom għax skond it-tbassir tagħha u skond il-ktieb tal-Misteri se jagħmel xi ħaġa importanti. X’se jagħmel eżatt? U għal xiex Xewka tridu wkoll?

Mark u Sharon ma jieqfux jinsistu li n-nannu jerġa’ lura magħhom. Iżda min minnhom se jirbħu lin-nannu? Warda tinduna bi tnejn min-nies li saru ħbieb. Min huma dawn it-tnejn? U jekk Mark u Sharon jmorru biex iġibu lin-nannu mid-dinja ta’ Agii, kemm se jirnexxilhom wara kollox?

Jieħdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Louise Cassar u Mike Mifsud fost oħrajn.

Il-Misteru tan-Nannu Ton għandu kitba ta‘ Dominic Said, produzzjoni ta‘ Hermann Bonaci u direzzjoni ta‘ Frida Cauchi.

Jiehdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Louise Cassar u Mike Mifsud fost ohrajn.