Isegwu fekruna madwar il-Mediterran

Nature Trust FEE Malta dalgħodu telqu fekruna tat-tip ‘Loggerhead’ fil-baħar b’tgħammir speċjali li jkun jista’ jagħti indikazzjoni ċara ta’ fejn tmur din il-fekruna. Permezz ta’ dan it-tgħammir, ikun jistagħu jiġu studjati l-movimenti u d-drawwiet ta’ dawn il-ħlejjaq li jisabu mhedda mit-tinġiż fil-baħar, partikolarment mill-plastik.

Qabel ma l-fekruna intefgħet fil-baħar, fix-xtajta tal-Għadira, l-eNGO mexxiet workshops għat-tfal, dwar il-ħajja f’qiegħ il-baħar u l-konsegwenzi tar-rimi tal-iskart fil-baħar.