Isdra tat-tiġieġ imdawra bil-bejken

Ingredjenti

2 nofsijiet isdra tat-tiġieġ bla ġilda

4 slajsis bajken

flixkun barbeque sauce

130g ġobon Cheddar maħkuk

Metodu

Għalli t-tiġieg f’borma għal madwar 10 minuti. Wara oħroġhom mill-borma.

Saħħan il-forn għal 190˚Ċ/375˚F.

Dawwar kull sider b’żewġ slajsis tal-bejken u poġġihom f’dixx tajjeb għall-forn. Ferragħ s-sauce fuqhom u roxx il-ġobon Cheddar fuqhom ukoll.

Aħmi fil-forn diġà msaħħan sakemm il-ġobon idub, il-bejken jiġi jqarmeċ u t-tiġieġ ma  jibqax roża fin-nofs, madwar 12-il minuta.