Ingredjenti għat-tiġieġ
2 isdra tat-tiġieġ, b’kollox 600-700g, bla ġilda
nofs kuċċarina melħ
nitfa bżar
50g dqiq
15g butir
Ingredjenti għaz-zalza
30g butir
300g faqqiegħ isslajsjati
2 rjus tat-tewm, misħuqa
120g brodu tat-tiġieġa, tad-dadi
tazza krema tal-ħalib
60g ġobon Parmiġġjan
Metodu
Aqsam kull sider tat-tiġieġa orizzontali biex ikollok 4 biċċiet.
Roxx fuqhom id-dqiq, il-bżar u l-melħ. Ferrrx b’subgħajk biex jitgħattew tajjeb.
Dewweb il-butir f’taġen u aqli l-biċċiet tat-tiġieġ fuq nar moderat għal 3 minuti fuq kull naħa sakemm jieħdu kulur kannella u jkunu saru tajjeb. Neħħi mit-taġen u ħalli f’ġenb.
Fl-istess taġen żid il-butir għaz-zalza u aqli l-faqqiegħ. Aqli sakemm jibdew isiru kannella, madwar 4 minuti. Żid it-tewm, ftit bżar u melħ, u sajjar sakemm il-faqqiegħ u t-tewm isiru kulur kannella.
Ferragħ l-brodu tat-tiġieġ u saħħan fuq nar qawwi. Żid il-krema u kompli saħħan fuq nar bati sakemm jinxtorob bosta minnhom u tara li t-taħlita għaqdet ftit, madwar 2 minuti. Żid il-ġobon Parmiġġjan u ħawwad tajjeb.
Itfa’ t-tiġieġ fiz-zalza tal-faqqiegħ u saħħan sakemm it-tiġieġ jisħon.
Servimal-patata maxx jew mar-ross.