Isalva mill-għarqa f’Ħondoq ir-Rummien

Raġel li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar f’Ħondoq ir-Rummien irnexxielu jsalva.

Sorsi ta’ Newsbook.com.mt qalu li r-raġel waqa’ fil-baħar u ma setax jitla’ minħabba l-maltemp. Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ il-Qala għall-ħabta tat-8 am. Il-Pulizija marru fuq il-post. Ir-raġel li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar irrifjuta l-assistenza medika.

Illum l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ qawwi għall-qawwi mill-Grieg it-Tramuntana.