Isalva lil oħtu u l-kelb waqt li daru nħakmet min-nirien

Tifel ta’ ħames snin mill-Georgia stenbaħ f’kamra tas-sodda li nħakmet min-nirien u minflok ippanikkja, salva lill-oħtu, il-kelb u l-bqija tal-familja minn dik li setgħet kienet traġedja.

Noah Woods se jkun qed jingħata l-premju ta’ ħaddiem tas-salvataġġ onorarju u se jirċievi premju rari li jingħata lil persuni li jsalvaw il-ħajjiet illum.

Noah kien wieħed minn tmien membri tal-familja li kienu reqdin fid-dar f’Bartow County fil-Georgia. Il-Ħadd, hu qam u sab ruħu f’kamra li ħadet in-nar. Hu kien jaqsam din il-kamra m’oħtu ż-żgħira li għandha sentejn.

Hu ħareġ mis-sodda, qabad lill-oħtu u ħarġiha mill-unika għażla li kien hemm biex joħorġu minnha, mit-tieqa. Iżda hu ma waqafx hawn, reġa’ daħal lura d-dar u salva wkoll lill-kelb. Hu mbagħad mar iħabbat fuq il-bieb taz-ziju tiegħu li joqgħod maġenb id-dar li nħakmet bin-nirien għall-għajnuna. Flimkien huma mbagħad għarrfu lill-bqija tal-familja b’dak li kien qed jiġri.

Il-familja kollha salvat mingħajr ma ndarab ħadd.