Isalva lil ħuh mill-għarqa billi kkopja xena minn film ta’ The Rock

Tifel ta’ 10 snin qed jissejjaħ eroj mill-istilla Dwayne Johnson, magħruf bħala The Rock.
Dan hekk kif Jacob O’Connor salvat lil ħuh li kien qed jegħreq billi kkopja xena mill-film San Andreas.
Meta lemaħ lil ħuh Dylan f’wiċċ l-ilma fi swimming pool, Jacob ma ppanikjax u lanqas mar jgħajjat għal għajnuna. Huwa ftakar f’dak li għamel The Rock u tella’ lil ħuh mill-ilma u beda jagħtih in-nifs.
Minnufih wara Dylan ittieħed l-isptar għall-kura.
Meta The Rock sema’ b’din l-aħbar huwa kiteb fuq twitter: "Wow amazing story….You're a real life hero. We're all proud of you! DJ".