Isabelle Zarb tikseb it-tieni post fl-Aquamasters fit-Turkija

L-għawwiema veterana ta' Birkirkara St Joseph Sports Club, Isabelle Zarb kellha prestazzjoni tajba fil-Kampjonati Aquamasters f'Marmaris fit-Turkija, u rnexxielha tieħu t-tieni post globali u l-ewwel fil-grupp tal-età tagħha .
L-Aquamasters huwa avveniment annwali li sar f'Marmaris u jikkonsisti minn serje ta' tlielaq mifruxa fuq tlett ijiem u miżmuma taħt l-awspici u regoli tal-Fédération Internationale de natation (FINA ).
L-avveniment huwa popolari ħafna u li ghaliha attenda wkoll Adam Walker, li hu l-ewwel atleta Ingliz li għam is-seba Oċeani fid-Dinja.

Zarb ħadet sehem fit-tellieqa tas-sitt kilometri, f’bahar miftuħ u li fiha ħadu sehem madwar 280 għawwiem minn madwar id-dinja.
Isabelle Zarb temmet l-għawma f'ħin ta' siegħa u 32 minuta.