Is-swieq finanzjarji Ewropej tjiebu fl-aħħar ġimgħat

Wara ġimgħat ta’ telf kostanti fis-swieq finanzjarji Ewropej, matul Awwissu, rajna is-swieq jirritornaw f’territorji pożittivi.
Is-swieq Amerikani kienu iktar b’saħħithom minn dawk Ewropej fl-aħħar ġimgħat.
Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż, Schaeuble, stqarr li mhux possibli li l-Bank Ċentrali Ewropew jikkumbatti l-problema ta’ diflazzjoni li qed tiffaċja l-Ewropa.
Il-fatt li hawn nuqqas ta’ xogħol u negozju fl-Ewropa qed iwassal biex il-prezzijiet jorħsu u dan xejn ma jindika tajjeb.
Il-qgħad fl-Italja kompla jiżdied u l-problemi tal-Gvern Franċiż komplew jagħmlu is-sitwazzjoni fl-Ewropa iktar kumplikata. L-inflazzjoni fl-Ewropa tinsab fl-iktar livelli baxxi għal dawn l-aħħar ħames snin.
Il-kumpanija GoPro li timmanifattura cameras li jintużaw f’diversi sports, kompliet tara iktar volum u prezz tajjeb fl-ishma tagħha.
Wara li fl-ewwel sitt xhur tas-sena, Twitter kien tilef kważi nofs il-valur tal-ishma tiegħu, dan issa ra żieda matul Awwissu. 
Is-suq Amerikan S&P500, laħaq livelli rekord fl-aħħar jiem. Il-kumpanija tas-supermarkets Tesco għat-tielet sena konsekuttiva rat tnaqqis fil-profitti.
Dan wassal għal tqassim iżgħar ta’ dividend u ghal daqstant l-ishma niżlu b’6%.
Rapporti li l-vulkan fl-Iżlanda jista’ jerġa’ jiżbroffa, wassal biex l-ishma tal-kumpaniji tal-linji tal-ajru raw xi telf.
Jidher li se jkun hemm diskussjonijiet politiċi bejn ir-Russja u l-Ukraina matul il-ġimgħat li ġejjin. Dan jista’ jindika iktar stabbilita’ fir-reġjun.
Fl-aħħar ġimgħat id-dollaru Awstraljan issaħħaħ sew ma’ diversi muniti speċjalment mal-ewro.
Il-problemi fiz-zona ewro kienu l-kawża prinċipali għal dan. Prodotti offruti fid-dollaru Awstraljan qed jattiraw l-attenzjoni ta’ bosta investituri.
Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net  Tel – 21493250