Is-swar tal-Birgu f’riklam ta’ kompetizzjoni madwar l-Ewropa

Xena tad-daħla u s-swar tal-Birgu qed tintuża biex tiġi reklamata kompetizzjoni fotografika fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.
Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea DG Regio, li hu responsabbli mill-fondi reġjonali tal-Unjoni Ewropea, għadu kemm ħabbar il-kompetizzjoni fotografika li hi miftuħa għall-pajjiżi membri kollha tal-UE.
Sabiex tħeġġeġ lin-nies jipparteċipaw, il-Kummissjoni ħejjiet poster u banner bi proġett iffinanzjat minn fondi reġjonali fuqu. Għal dan il-għan intagħżlet xena ta’ ritratt meħud b’mowbajl, li juri d-daħla u s-swar tal-Birgu.
Iktar dettalji dwar din il-kompetizzjoni se jitħabbru nhar it-Tnejn li ġej fuq il-paġna Facebook tad-Direttorat Ġenerali, li diġà qed tuża r-ritratt tal-Birgu biex tiġbed l-attenzjoni.