Is-swali tal-operazzjonijiet mhux se jiġu affettwati

L-azzjoni industrijali tal-infermiera tas-swali tal-operazzjonijiet, li kienet se tidħol fis-seħħ nhar it-Tnejn, għadha kemm ġiet irtirata.
Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq Twitter, wara laqgħa li sejjaħ pożittiva mal-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN).
Il-Ministru kompla billi rringrazzja lil dawk kollha kkonċernati talli żammew l-interess tal-pazjenti l-ewwel u qabel kollox.
Ilbieraħ il-Ministru ħabbar is-sospensjoni tal-azzjonijiet industrijali fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn jidħlu l-fiżjoterapisti, l-ispiżjara u l-infermiera. 

https://platform.twitter.com/widgets.js