Is-suwiċidju jaħsad il-ħajja ta’ persuna kull 40 sekonda

FILE PHOTO: A logo is pictured on the World Health Organization (WHO) headquarters in Geneva, Switzerland, November 22, 2017. REUTERS/Denis Balibouse

Persuna tmut kull 40 sekonda kawża ta’ suwiċidju. Din l-istatistika ħarġet mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa.

L-Għaqda Dinija tas-Saħħa spjegat li hija kwistjoni ta’ saħħa globali, li ma tagħmilx distinzjoni fuq bażi ta’ età, ġeneru jew reġjun.

Is-suwiċidju huwa t-tieni l-iktar kawża ta’ mwiet fost iż-żgħażagħ bejn il-15 u 29 sena, wara l-inċidenti ta’ traffiku. L-istatistika xokkanti turi wkoll li din hija it-tieni l-iktar kawża ta’ mwiet għal tfajliet bejn 15 u 19-il sena.

Madwar 800,000 persuna imutu fis-sena, li prattikament huwa iktar minn kemm imutu nies bil-malarja, il-kanċer tas-sider, il-gwerra jew omiċidju.