Is-sussidju fuq it-trasport pubbliku se jiżdied

Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi kkonferma fil-Parlament li s-sussidju li jagħti l-Gvern lill-operatur tat-trasport pubbliku se jiżdied.
Dan biex is-servizz jaħdem b’mod li jkun sostenibbli u effiċjenti waqt li t-tariffi għall-poplu jkunu jistgħu jintlaħqu minn kulħadd.
Bi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari, Joe Mizzi qal li “mhix realistika li wieħed jgħid li s-sussidju mogħti lill-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku għandu jibqa’ l-istess meta l-ispejjeż se jkomplu jiżdiedu”. Dan fil-kuntest ta’ tnaqqis fit-tariffi ta’ ċittadini li m’għandhomx nazzjonalità Maltija, u ta’ żieda fir-rotot li l-operatur il-ġdid mistenni jħaddem.