“Is-suspettat tal-qtil ta’ Mangion Walker kien lest isawwat lil martu”

Fil-Qorti kompliet il-kumplikazzjoni tal-provi fil-konfront ta’ Andrew Mangion, ta’ 40 sena, akkużat bil-qtil ta’ martu, Eleanor Mangion Walker, li nstabet mejta f’maħżen f’Ħal Qormi fl-ewwel jiem ta’ Lulju.
Il-Pulizija tat xhieda dwar kliem l-imgħallem ta’ Mangion, li kien ammetta miegħu li kien lest isawwat lil martu għax sostna li din kienet tibdlu ma’ rġiel oħra. L-imgħallem ikkonferma wkoll li r-raġel kellu ċ-ċwievet tal-maħżen fejn il-mara nstabet bla ħajja.
Mangion stess kien qal lill-Pulizija li martu kienet tittradih.
L-Ispettur tal-Pulizija tenna kliem Mangion, li martu nqatlet minn żewġt irġiel quddiemu, waqt li l-Pulizija semmiet ukoll ix-xhieda ta’ bint l-akkużat u l-vittma, li qalet li qatt ma kienet rat lill-ġenituri tagħha jiġġieldu quddiemha.