“Is-Suq tal-Belt se jinbidel f’ċentru kulturali, ta’ divertiment u ikel” – PM

Is-Suq fi Triq Merkanti fil-Belt Valletta se jkun qed jinbidel f’ċentru kulturali, ta’ divertiment u ta’ ikel, b’investiment ta’ 7 miljun Ewro.
Fi tweġiba Parlamentari, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-bini tas-Suq se jkun irrestawrat billi se jsir twaqqigħ tal-ġebel eżistenti fi ħdan il-qafas oriġinali tal-azzar.
Dan bil-għan li jinfetaħ u jiġi żviluppat l-ispazju li hemm fil-qafas eżistenti.
Se jsir ukoll restawr tal-istruttura tal-ħadid fondut li jsaqqaf is-Suq.
Is-Suq tal-Belt inbena bejn l-1860 u l-1861.