Is-suq ta’ trasferimenti ta’ Jannar għalaq propju f’nofsillejl

Is-suq ta’ trasferimenti ta’ Jannar għalaq propju f’nofsillejl wara xahar sħiħ ta’ spekulazzjonijiet. Wieħed jista’ forsi jgħid li l-akbar u l-aktar trasferimenti mistennija baqgħu ma sarux.

Chelsea ma rnexxilhomx jieħdu lil Dries Mertens u Oliver Giroud baqa’ fi Stamford Bridge, anka jekk kien hemm interess minn Inter Milan, Lazio u Tottenham. Tottenham ukoll fallew milli jiffirmaw lill-attakkant li xtaqu biex jieħu post Harry Kane li bħalissa hu mweġġa’. Iżda Jose Mourinho żgur kuntent bil-ftehim li laħaq dan ix-xahar. Hu għamel kuntratt ma’ Steven Bergwijn, Gedson Fernandes u Giovani Lo Celso.

Madankollu kien hemm numru ta’ klabbs li rnexxielhom jiksbu l-plejers li riedu fl-aħħar ħinijiet. Arsenal żiedu difensur mat-tim – Cedric Soares, u Manchester United ħadu lil Bruno Fernandes aktar kmieni din il-ġimgħa u rnexxielhom ukol jieħdu lil Odion Ighalo fl-aħħar ħinijiet. West Ham ukoll irnexxielhom jieħdu wieħed mill-aqwa plejers barra mill-Premier League – Jarrod Bowen.