Is-superqamar jerġa’ jagħti spettaklu fis-sema

Is-sema lbieraħ reġa' offra spettaklu marbut mal-qamar u d-dehra tiegħu, wara li deher l-aħħar superqamar għal dis-sena.
Qarrejja ta’ Newsbook.com.mt bagħtulna xi ritratti ta’ dan il-fenomenu, li jiġri meta l-qamar ikun l-eqreb lejn id-dinja fid-dawra tiegħu.
Bil-konsegwenza ta’ hekk, il-qamar jidher akbar mis-soltu, u ovvjament ikun qamar kwinta.
Dan kellu jkun l-aħħar superqamar għal dis-sena, wara dak li seħħ fl-14 ta’ Novembru tas-sena l-oħra, li nzerta kien l-akbar qamar li deher, jiġifieri l-eqreb li kien tad-dinja, minn dak ta’ Jannar tal-1948.
Superqamar li jħabbatha ma’ dak ta’ Novembru tas-sena l-oħra mhux se jkun hawn sal-2034.
Jekk inti dilettant, Newsbook.com.mt jawguralek bl-aħjar xewqat li tkun qed tgawdi anki s-superqamar ta’ dakinhar!
Jekk għandek xi ritratti tas-superqamar tal-bieraħ, tiddejjaq xejn tibgħathomlna fuq info@newsbook.com.mt 
It-tieni ritratt: Abby Theuma