Is-Superglue perikoluż għall-konsumatur

Qed jiġi rtirat mis-suq il-prodott Superglue wara li nstab li fih ammont kbir ta’ chloroform li jista’ jikkawża irritazzjoni fil-ġilda u, agħar minn hekk, jista’ jkun ta’ detriment għas-saħħa jekk jinxtamm jew jinbela’.

L-Awtorità ta’ Malta għall-Affarijiet tal-Konsumatur appellat biex il-konsumatur jevita l-użu ta’ din il-kolla u jirritornahom fil-ħanut li jkun xtrah.

L-operaturi huma ordnati li jieqfu milli jbigħu jew ipoġġu dan il-prodott fis-suq. Dawk li jinjoraw din l-ordni, tittieħed azzjoni kontriehom.

Għal aktar dettalji tista’ ċċempel fuq 23952000 jew tibgħat imejl fuq info@mccaa.org.mt.